Kont Taf? WhatsApp Issa Qed Iħallina Nibagħtu Messaġġi Li Jisparixxu

Mil-lum, WhatsApp se jibda jkollu karatteristika ta’ messaġġi li jisparixxu, iddisinjata biex tippermetti lill-utenti tal-app inaqqsu l-marka diġitali tagħhom.

Ladarba l-aġġornament, jasal fuq il-mowbajls, l-utenti jkunu jistgħu jistabbilixxu għażla għal kull chat individwali li jkunu fiha – kemm jekk tkun chat ma’ persuna waħda kif ukoll jekk tkun chat fi grupp – biex awtomatikament jitħassru l-messaġġi sebat ijiem wara li jkunu ġew mibgħuta. Is-servizz ineħħi wkoll stampi u vidjows mibgħuta.

“Filwaqt li huwa sabiħ li wieħed iżomm memorji minn ħbieb u familjari, ħafna minn dak li nibgħatu m’għandux għalfejn ikun ta’ dejjem. L-għan tagħna huwa li l-konversazzjonijiet fuq WhatsApp inħossuhom viċin kemm jista’ jkun ta’ konversazzjoni wiċċ imb’wiċċ, li jfisser li m’għandhomx għalfejn jinżammu għal dejjem, “qalet il-kumpanija.

X’jidhirlek minn dan l-aġġornament il-ġdid ta’ WhatsApp? Taqbel miegħu jew tippreferih kif kien qabel?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI