25 ġurnata oħra fadal għal ‘L-Istrina’, ġurnata ta’ solidarjeta li issa daħlet sew fil-kalendarju tal-Maltin. L-Istrina din is-sena ser tieħu forma differenti minħabba l-pandemija. Diġà rajna li din is-sena ħafna affarijiet ġew ikkanċellati bħal Fun Run, Rockestra etċ..
Iżda għad ta’ kumpaniji qed jgħinu xorta sabie l-Istrina tkun għal darboħra suċċess. F’Diċembru kull min juża l-Gozo Channel u jaqsam il-fliegu ser ikun qed jagħti donazzjoni awtomatikament. Dan għaliex ma kull biljett tal-passiġier mixtri, il-Gozo Channel ser tkun qed tagħti donazzjoni ta’ €0.25 għal strinacrowdfunding.mt
Jekk mhux beħsiebek tmur Għawdex tista’ wkoll tidħol fis-sit u tagħti donazzjoni.