Ilbieraħ kien għeluq snin l-attur bravissimu Randell Pace, li rajnieh u għadna narawh f’bosta sensiliet fosthom, Ulied il-Lejl, Bizzilla, Noli u Sigrieti.
Waqt Ulied il-Lejl kellu esperjenza speċjali, fejn nibtet storja ħelwa ta’ mħabba bejnu u bejn l-attriċi Chanelle Cardona, u hi waħda minn dawk li lbieraħ ħallietlu messaġġ mill-isbaħ f’għeluq sninu.
“Kull sena narak tikber (mhux titwal) u ssir persuna mill-aqwa, persuna li iktar inħobb ma kull ġurnata li tgħaddi. Allavolja illum ma tantx stajna ngawdu din il-ġurnata speċjali, nistennew ftit ieħor… Inħobbok immens ġmiel tiegħi, Happy Birthday.”
Awguri minn qalbna Randell!