Fr. Martin Micallef, tad-Dar tal-Providenza, ikkummenta dwar dak li ntqal waqt il-programm Popolin. Hu kiteb, "Kummenti li l-persuni b'diżabilità huma frott id-dnub, barra li ma jemminhom ħadd, juru mentalità żbaljata u skaduta, mibnija biss fuq preġudizzji li ma jirrispettawx id-dinjità tal-persuni b'diżabilità."
Hu jżid jgħid, "Lanqas irrid nemmen li llum għad hawn nies b'din il-mentalità żbaljata li tweġġa' lill-persuni b'diżabilità li s-soċjetà tagħna tistmahom bħala persuni ndaqs. Irridu nkomplu naħdmu biex neqirdu preġudizzji bħal dawn u kull tip ta' diskriminazzjoni fil-konfront tal-persuni b'diżabilità."
Nittamaw li d-diskors ta' Fr. Martin u oħrajn bħalu jkomplu jinxtered daqs kemm inxtered id-diskors li sar fuq il-programm!