Kun Af Dawn Ir-Regoli Jekk Illejla Sejjer Il-Kunċert Ta’ Michael Bublé

MichaelB

Il-kantant Kanadiż Michael Bublé, rebbieħ ta' diversi Grammy Awards, se jagħti l-ewwel kunċert tiegħu f'Malta llum, hekk kif se jitla' fuq il-palk fiż-żona tal-MFCC f'Ta' Qali għal wieħed mill-akbar avvenimenti mużikali tas-sajf.

Għal dawk li se jattendu, l-organizzaturi ħarġu xi informazzjoni importanti sabiex l-esperjenza tkun waħda kemm jista' jkun bla xkiel.

Il-bibien se jinfetħu fis-19:00, filwaqt li d-dħul se jkun possibbli mill-entraturi tal-MFCC jew mill-gradi tul Millennium Stand Road. Min se jattendi huwa mħeġġeġ jiċċekkja l-mappa tal-post biex jagħżel l-aktar rotta konvenjenti.

L-organizzaturi fakkru wkoll lill-pubbliku biex jiċċekkja minn qabel il-lista tal-oġġetti pprojbiti qabel jasal fil-post. Barra minn hekk, dawk kollha li xtraw biljett kellhom jirċievu email bl-informazzjoni kollha relatata mal-avveniment.

Intant, għad fadal numru limitat ħafna ta' biljetti disponibbli għal dawk li għadhom jixtiequ jattendu u jaraw lil Michael Bublé jagħti l-ewwel prestazzjoni tiegħu quddiem il-pubbliku Malti.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI