Illum jaħbat għeluq snin Doreen, lil Doreen forsi ftit jafu min hi, imma t-tfal tagħha Klinsmann u Kylie żgur kulħadd jaf min huma. Kylie ħalliet messaġġ vera ħelu lil ommha f’dan il-jum speċjali. Infatti il-post fuq il-paġna ta’ Facebook ħallietu lbieraħ sabiex tkun tal-ewwel. Kylie lil ommha tgħidilha: “Grazzi ta’ kemm tagħmel miegħu, ma’ Klinsmann u ma’ Klose. Ma nafux x’nagħmlu aħna mingħajrek.”
Hi tkompli żżid ma’ dan billi tisħaq: “J’Alla l-Mulej ittina l-opportunità li ngawdy aktar lil xulxin biex inkomplu nagħmlu aktar memorji sbieħ flimkien. Grazzi ta’ kemm taqbeż għalina fejn tara lil xi ħadd irrid jabbuża bina u grazzi tal-valuri kollha li tajtna.Għallimtna nkunu reali! Li ngħidu wkoll l-affarijiet kif inhuma u kif inħossu, l-important li ma nweġġgħu ’l ħadd. Inħobbok ma u awguri.”

Messaġġ tassew mill-qalb u mqanqal mill-kantanta żagħżugħa, li dan l-aħħar qed twassal dak li taf hi lil kantanti futuri t’għada ġewwa La Voix Academy. F’isem Gwida.mt ningħaqdu ma’ Kylie u nixtiequ lil ommha Doreen, l-isbaħ xewqat f’dan il-jum.
Facebook / Coleiro Kylie