"L-Anniversarju Mill-Festin Intimu Tagħna… Kollox Kien Perfett, Għax Konna Aħna" – Lara U Neil Jagħlqu Sena Miżżewġin

It-3 ta’ Lulju 2024 hi data speċjali u memorabbli għall-attriċi u preżentatriċi Lara Azzopardi u żewġha Neil Darmanin. Permezz ta’ kelmtejn sbieħ u ritratti minn dakinhar, Lara fakkret dan il-mument indimentikabbli.

“L-Anniversarju mill-Festin intimu tagħna. Qalb id-dwieli, mħabba, ferħ u riħ qawwi. Kollox kien perfett, għax konna aħna,” kitbet Lara. Fir-ritratti jidhru imdawwrin b’dawk il-persuni li tant ifissru għalihom u li flimkien magħhom iċċelebraw imħabbithom.

Awguri minn qalbna Lara u Neil! Nixtiqulkom ħafna snin ta’ saħħa, hena, u dak kollu li tixtieq qalbkom!

Facebook/ Neil Darmanin







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI