L-Ewwel Maħbuba Ta' Cryuff Issib Ruħha Fil-Villa Ta' Love Island Malta – Tgħid Għandha L-Inkwiet Michela?

Anthea, mill-Furjana, hija l-bombshell femminili li daħlet ilbieraħ fil-villa ta’ Love Island. Kienu ħafna li spekulaw li tista’ tkun Anthea l-bombshell il-ġdida wara li diversi nies għarfuha mit-tpinġija li għandha.

Anthea, inzertat li hi l-eks ta’ Cruyff. Bejnietom hemm madwar tliet snin u jidher li hi kienet l-ewwel tfajla li kellu Cruyff meta kien għadu t-tfal tista’ tgħid. Hu jistqarr li kienu flimkien meta kellu xi 15-il sena u kienet l-ewwel għarusa tiegħu.





Ritratt: Facebook / Love Island Malta

Cruyff biex jinki lil Michela, jgħidilha li għadu jħobbu iżda ma tantx dam serju kif Michela b’leħen sorpriż wieġbet “X’inhu?” Interessanti l-fatt li jafu lil xulxin għax Michela kapaċi tiskopri aktar dettalji dwar minn hu Cruyff u x’karattru kellu anke meta kellu madwar 15/16-il sena.

Tgħid il-fatt li Anthea taf lil Cruyff se jkollu xi effett fuq ir-relazzjoni tiegħu ma’ Michela?

Facebook / Love Island Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI