Jidher li skont kif ġie rrappurtat fuq is-sit ta’ Lovin’ Malta, l-HSBC ser ikun qed jagħlaq il-fergħat tiegħu f’erba’ lokalitajiet; fil-Mellieħa, San Ġwann, Ħaż-Żabbar u Ħaż-Żebbuġ. Dan wara li għalqet temporanjament fid-dawl tal-pandemija Covid-19.
Is-sit isemmi anke l-istqarrija mit-tim tal-HSBC fejn qal li l-għeluq kien meħtieġ biex iservi aħjar l-użu ta’ servizzi bankarji diġitali, li bosta klijenti qed jirrikorru għalih. Fil-lokalitajiet fejn jew ħa jerġgħu jilqgħu mill-ġdid lill-klijenti fil-fergħat tagħhom, jew għadhom miftuħin jidher li se jkun hemm estenzjoni fil-ħinijiet tal-ftuħ.
Bosta kkummentaw fuq il-midja soċjali dwar x’se jagħmlu l-anzjani li forsi ma jagħmlux użu mis-servizzi bankarji diġitali. Oħrajn qablu mal-idea għas-sigurtà tal-poplu kollu.