Il-kantanta lokali Corazon Mizzi kitbet il-perspettiva tagħha dwar l-imħabba ta’ omm, li tinħass anke fil-kliem li forsi t-tfal ma jieħdux pjaċir jisimgħu.
Hi spjegat, “L-imhabba tal-omm hija wkoll meta il-mamà tghid ‘le, ma tistax’. Meta ma ntikomx kulma tridu, kulma titolbu, dak il-hin. Meta niehu decizjoni li dak il-hin iggieghlkom tarawni kerha. Meta nghidilkom: ‘Aghmluha wahedkom!’ Hija kemm meta nigi nbusilkom il-feriti u kemm meta nhallikom tibku, wara li nkun ghajjejt nirrepeti ‘ieqfu, se twegghu’. Ifisser ukoll li meta taghmlu lehen irqiq u timitawni nghid: ‘Inhobbok Giovanni, inhobbok Giuseppe’ tkunu fhimtu, fil-verità, li anke dik il-‘le’ hija mhabba.”
Ommha l-għażiża kkummentat, “Almenu b’dan li ktibt naf li llum tapprezza l-lejiet kollha li għedtlek jien tul iż-żmien.”
Messaġġ sabiħ li jwassalna nifhmu x’inhi mħabba ta’ veru.
Facebook / Corazon Mizzi