Minħabba li l-ġimgħa li ġejja se jiġu mxandra l-ewwel u t-tieni semifinali tal-Eurovision Song Contest, ġiet affetwata l-iskeda ta’ bosta programmi, fosthom Come Dine With Me Malta. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, huma żammew lis-segwaċi aġġornati dwar meta se jiġu mxandra l-programmi tat-tielet ġimgħa tat-tieni staġun.
Huma qalu, “Din hi l-iskeda tal-programmi għall-ġimgħa li ġejja:
Il-Ħadd 10 ta’ Mejju jixxandar programm wieħed
It-Tnejn 11 ta’ Mejju jixxandar programm wieħed
It-Tlieta 12 ta’ Mejju il-programm mhux se jixxandar
L-Erbgħa 13 ta’ Mejju jixxandru żewġ programmi wara xulxin
Il-Ħamis 14 ta’ Mejju l-programm mhux se jixxandar
Il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju jixxandar programm wieħed.”
Come Dine With Me Malta