Dario Bezzina awgura lil ommu f’jum għeluq sninha permezz ta’ messaġġ t’apprezzament fuq il-paġna tiegħu.
Hu kitbilha, “Awguri f’għeluq is-sittin sena tiegħek, mama sabiħa tiegħi. Illum huwa kollu biex niċċelebraw lilek, imħabbtek, is-saħħa tiegħek u kull m’għamilt għalina. Inti kont ta’ gwida, apoġġ, u ta’ wens kbir għalija matul ħajti kollha.”
Żied jgħid, “Inħossni grat ta’ kull lezzjoni, sagrifiċċju, u kull mument li qsamna flimkien. Inti verament il-qalb ta’ din il-familja. Nawguralek ġurnata mimlija mħabba u sena mimlija ferħ… verament jistħoqqlok. Inħobbok ħafna pupa tiegħi.” Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha mill-qalb f’din il-ġurnata speċjali u nisperaw li tirċievi dak kollu li tixtieq qalbha! Xewqat sbieħ
Facebook / Dario Bezzina