Illum jiċċelebra għeluq sninu l-istilista lokali Gaetano, li tul is-snin rajnieh involut fid-dinja tal-moda u s-sbuħija. Illum il-ġurnata, Gaetano qed jiddedika ħinu għall-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet tas-sbuħija, fejn jagħti opportunità lil diversi persuni sabiex juru t-talenti tagħhom.
Il-passjoni tiegħu għal dan il-qasam wasslitu sabiex jesplora aspetti differenti fid-dinja tal-moda, fejn il-kreattività għandha rwol importanti. F’jum għeluq sninu, aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt ningħaqdu mal-familjari, il-ħbieb u dawk kollha li jafuh sabiex nawgurawlu l-isbaħ xewqat. Nawgurawlu sena oħra mimlija saħħa, ferħ, suċċessi u aktar proġetti sbieħ.
Awguri mill-qalb, Gaetano!
Facebook / Gaetano Gaetano