Il-kantanta lokali Gaia Cauchi għadha kemm ħarġet il-kanzunetta l-ġdida tagħha, Boy, Stop, li ħadmet fuqha flimkien ma’ Valentin Glage u Vincent Stefansson.
Din id-darba, Gaia għażlet li tittratta suġġett li ħafna tfajliet u nisa jistgħu jirrelataw miegħu, dak magħruf bħala catcalling. Dan jirreferi għal kummenti, tisfir jew rimarki mhux mixtieqa, ħafna drabi ta’ natura sesswali, li persuna tirċievi fi spazji pubbliċi.
Wieħed jista’ jqis din il-kanzunetta bħala innu femminili li jwassal messaġġ ċar dwar l-importanza tar-rispett u tal-konfini personali. Permezz tal-mużika tagħha, Gaia qed tagħti prominenza lil realtà li bosta tfajliet u nisa jesperjenzaw fil-ħajja ta’ kuljum.
Boy, Stop tiżdied mar-repertorju mużikali ta’ Gaia, li tkompli tesplora suġġetti differenti permezz tal-mużika tagħha.
Minn qalbna nawguraw lil Gaia kull suċċess b’din il-kanzunetta l-ġdida!
Facebook / Gaia Cauchi