Lady And The Tramp Ukoll Dalwaqt Fiċ-Ċinema!

Disney fis-snin riċenti u fis-snin li ġejjin ukoll, għaddejin jipproduċu films t’animazzjoni li kbirna magħhom u jittrasformawhom f’films b’atturi fuq l-iskrin l-abjad u mhux vuċijiet biss.

Bdew b’Beauty and the Beast u komplew b’films bħal Dumbo, Aladdin u l-aktar wieħed riċenti The Lion King.

Fl-aħħar siegħat Disney għadhom kif ħarġu parti qasira mill-film Lady and the Tramp li ser joħroġ f'Novembru. Dan il-film ħareġ oriġinarjament animat fl-1955. Ara parti minnhu hawn:

Dan il-filmat diġa rawh aktar minn 3 miljuni u nofs fl-14-il siegħa li ilhu fuq Facebook. Ħafna qed jikkummentaw li huma eċitati għal dan il-film hekk kif huwa l-film favorit ta’ ħafna mit-tfulija tagħhom.

Waħda mill-aktar xeni ikoniċi minn dan il-film hija bla dubju x-xena fejn qed jieklu għaġina flimkien minn kull naħa u malli jiltaqgħu f’nofsa, jaqsmu bewsa ħelwa flimkien. Din ix-xena mhux talli ser tirritorna, iżda qegħduha fil-poster uffiċjali tal-film.

Ħaġa nteressanti hi li Disney ddeċidew li jagħżlu klieb mingħajr familja għall-ġbid ta’ dan il-film. Dan ifisser li ħafna mill-atturi klieb li ser taraw, huma minn djar għall-klieb abbandunati.

Iżda Lady and the Tramp mhuwiex il-film li jmiss ta’ Disney, għaliex xahar qabel huwa mistenni joħroġ Maleficent: Mistress of Evil li huwa l-verżjoni ġdida ta' Sleeping Beauty!

Jekk il-film animat favorit tiegħek mit-tfulija għadu ma ssemmix, hemm ħafna aktar films li qed jerġgħu jinħadmu u mistennija joħorġu fis-snin li ġejjin, fostom Mulan, One Hundred and One Dalmatians, Lilo & Stitch, The Jungle Book, Pinocchio u Snow White and the Seven Dwarfs.

Facebook / @DisneyLadyandtheTramp

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI