Il-preżentatur David Muscat ingħaqad mal-attriċi Theresa Gauci kif ukoll ix-xandar Joe Dimech, biex flimkien fakkru l-memorja ta’ Mary Grech waqt il-programm TVAM.
“Dalgħodu kelli l-opportunità u ġejt mistieden fuq il-programm TVAM li flimkien mal-attriċi Theresa Gauci u x-xandar Joe Dimech naqsmu ftit l-esperjenzi tagħna ta l-ikona tax-xandir u tal-palk Mary Grech li ħallietna ftit jiem ilu.”
David iżid, “Kien ta’ gost u pjaċir li naqsam ftit mill-esperjenzi ta’ din il-mara li għalija apparti kienet dejjem eleganti- qatt ma tkabbret!”
Insellmu l-memorja ta’ Mary. Għal dejjem f’qalbna!