"Lir-Raġel Tal-Ħolm Tiegħi, Aħna Nħobbuk Sean" – Annabelle Lil Żewġha F'Dan Il-Jum Speċjali

Ir-raġel ta’ Annabelle Vella, tiftakruha aħjar bħala Annabelle DeBono llum qed jiċċelebra għeluq sninu. Sean, ir-raġel ta’ Annabelle jiġi t-tifel tal-kantawtur lokali Philip Vella. L-imħabba lejn il-mużika f’din il-familja żgur li ma tonqosx.

F’dan il-jum speċjali, Annabelle ħalliet messaġġ lil żewġha fuq il-mezzi soċjali tagħha fejn iddeskrivietu bħala r-raġel tal-ħolm tagħha u qaltlu li hi u t-tifel tagħhom Tom iħobbuh! Annabelle ħadet l-okkażjoni li taqsam numru tar-ritratti tagġhom it-tnejn flimkien, kif ukoll tat-tifel tagħhom Tom ma’ missieru. 

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Sean l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali. Ninsabu ċerti li ħa jkun qed igawdih mal-għażiża martu u binhom Tom. Awguri mill-ġdid!





Facebook / Annabelle Debono



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI