"M'Għandix Kliem Biżżejjed Biex Nirringrazzja Lill-Professur Michael Buttigieg, L-Istaff U L-Awtoritajiet Kollha Tas-Saħħa" – Mart Renald Falzon

Carmen, il-mara tal-mibki Sindku ta' Ħal Qormi Renald Falzon tkellmet ma' Brian Hansford dakinhar li Brian skopra li Renald ħalliena.

"Dakinhar li miet Renald Falzon (ħabib kbir tiegħi) u ta' ħafna, ċempilt lill-mara tiegħu biex inwassal il-kondoljanzi lill-familja. Dakinhar (jumejn ilu) tellajt dak li Carmen qaltli bil-permess tagħha fuq il-midja soċjali tiegħi."

"Carmen il-mara ta' Renald qaltli hekk 'm'għandix kliem biżżejjed biex nirringrazzja lill-Proffessur Michael Buttigieg, l-istaff u l-awtoritajiet kollha tas-saħħa." Carmen faħħret ix-xogħol tagħhom.



"Inħossni inweġġa'... iva inweġġa' u ma nixtieq li nidħol fid-diskussjoni politika. Id-dinja kollha speċjalment l-Ewropa għaddejja minn każijiet rekord u rekords ta' mwiet! Jekk irridu naħdmu flimkien irridu ninsew il-kuluri tal-bandiera u naħdmu bħala pajjiz wieħed maqgħud. Ser nibqa' naħdem iktar minn qatt qabel għall-għaqda. Renald hekk kien jagħmel."

Facebook / Brian Hansford

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI