“Wara L-Inċident Li Seħħ Fil-Belt Valletta… Il-Police Officers Union Tixtieq Tawguralhom Fejqan Ta’ Malajr” – Il-Union Tal-Pulizija Ta’ Malta

Il-Union tal-Pulizija ta’ Malta tkellmet dwar l-inċident li seħħ il-Belt illum.

Fuq il-paġna uffiċjali kitbu, “Wara l-inċident li seħħ fil-Belt Valletta, fejn uffiċjali tal-Pulizija weġġgħu waqt li kienu qed jikkontrollaw individwu aggressiv, Il-Police Officers Union tixtieq tawguralhom fejqan ta’ malajr.  Il-ħidma tal-Pulizija hija professjoni ta’ riskju għoli u ta’ sfida kontinwa, li tista’ taffettwa lill-uffiċjali kemm mentalment kif ukoll fiżikament.Huwa inaċċettabbli li uffiċjali li kuljum ipoġġu s-sigurtà tagħhom f’riskju biex jipproteġu lill-komunità jibqgħu mingħajr kopertura ta’ assigurazzjoni adegwata.”

Żiedu jgħidu, “Bħala Union, se nibqgħu qrib il-Pulizija u se noffrulhom l-għajnuna kollha meħtieġa, inkluż assistenza legali, kif ukoll kull forma oħra ta’ appoġġ li jista’ jkun hemm bżonn. Il-Police Officers Union terġa’ tappella mill-gdid biex tiġi implimentata l-skema komprensiva ta’ assigurazzjoni għall-uffiċjali tal-Pulizija. Il-Pulizija tagħna jixirqilhom li jkollhom ukoll il-protezzjoni u s-sigurtà meħtieġa għalihom u għall-familji tagħhom.”ż

Nitolbu għal fejqan ta’ malajr.

Ritratti:

Facebook / Police Officers Union u The Malta Police Force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI