Madwar 12,000 Ruħ Instabu Mejta Fil-Belt Ta’ Derna Biss, Meta Żewġ Digi Li Nbnew Bit-Tafal Madwar 50 Sena Ilu … Infaqgħu” – It-Temp Madwarna

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, It-Temp Madwarna qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni dwar dak li ġara fil-Libya, fejn tilfu ħajjithom eluf kbar ta’ nies. Huma bdew billi qalu, “dak li ġara fil-Grigal tal-Libja (madwar 450km bogħod minn Malta) matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet għadu jinħass sal-lum.”

Komplew billi qalu, “madwar 12,000 ruħ instabu mejta fil-belt ta’ Derna biss, meta żewġ digi li nbnew bit-tafal madwar 50 sena ilu mill-Ungeriżi, infaqgħu għax ma felħux għall-forza tal-ilmijiet u l-kurrenti ġarrew kulma sabu (fosthom familji sħaħ) lejn il-baħar. Belt sħiħa meqruda bit-tajn u l-għargħar. Madwar 450mm ta’ xita niżlu f’ġurnata waħda, meta normalment jinżlu f’sena sħiħa.”

Qalu wkoll li, “wieħed mill-agħar diżastri naturali li qatt seħħew fuq art Libjana. Diżastru naturali saħansitra ikbar minn dak li seħħ fil-Marokk 🇲🇦 ftit tal-jiem qabel. Tingħata għajnuna internazzjonali fosthom mill-Forzi Armati ta’ Malta. Għajnuna tingħata wkoll mill-parti tal-Punent tal-pajjiż minkejja gwerer ċivili bejn il-Punent u l-Lvant tal-pajjż.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI