“Madwar 260 Familja Se Jirċievu Għajnuna Biex Ibiddlu T-Twieqi Tagħhom” Minħabba L-Ħsejjes Tal-Freeport

Il-Ministri Miriam Dalli u Silvio Schembri ħabbru aktar kmieni llum li nfetħet skema ġdida għar-residenti ta’ Birżebbuġa biex ikunu jistgħu jibdlu t-twieqi tagħhom ħalli jonqsu l-ħsejjes mill-Freeport.





Fuq il-midja soċjali, Miriam Dalli żvelat: “Permezz tat-tieni skema tad-double glazing li nfetħet għar-residenti ta’ Birżebbuġa, madwar 260 familja se jkunu qed jirċievu għajnuna biex ibiddlu t-twieqi antiki tagħhom. Bl-aperturi l-ġodda jonqsu l-ħsejjes tal-attivita tal-Freeport, imma mhux biss.”

“Sistemi bħal din tgħin biex tiżdied l-effiċjenza fil-binja għax tigi kkontrollata aktar t-temperatura tal-binja. Din l-iskema għalhekk tiffoka fuq waħda mill-binarji li qed naħdmu fuqhom biex iniżidu l-effiċjenza fl-enerġija li nużaw.”



X’jidhirlek minn din l-iskema? Iktbilna fil-kummenti. 

Facebook/Miriam Dalli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI