Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, OGAE Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom aħbar sabiħa hekk kif Malta spiċċat fil-ħames post fl-OGAE Second Chance 2025.
Huma qalu, “b’ferħ kbir nħabbru li Malta kklassifikat fil-5 post (parita mar-4 post mal-Albanija) b’total ta’ 212-il punt fil-konkors OGAE Second Chance 2025 – l-ogħla punteġġ li qatt kisbet Malta f’din il-kompetizzjoni! Prosit kbira lil Kristy Spiteri u l-kanzunetta tagħha “Heaven Sent” għal dan ir-riżultat straordinarju!”
Żiedu, “Malta rċeviet sett ta’ 12-il punt minn OGAE Ireland, flimkien ma’ diversi 8 u 10 punti minn klabbs oħra madwar l-Ewropa – prova ċara ta’ kemm kienet maħbuba “Heaven Sent” fost il-kanzunetti favoriti tal-fażijiet nazzjonali tal-2025. U din is-sena, l-Iżvezja rebħet it-trofew għad-19-il darba rekord bil-kanzunetta “On and On and On” ta’ Klara Hammarström – prosit tassew!”
Prosit kbira, kburin immens!
Facebook/Kristy Spiteri