Malta Ġo Filmat Internazzjonali Tal-Agħar Maltempati Li Qatt Seħħew

Forsi vera qed ingawdu s-sajf u l-baħar bħalissa, imma kif jgħidu l-baħar għalkemm żaqqu ratba, rasu iebsa. Il-filmat ta’ uħud mill-agħar maltempati li rajna dan l-aħħar ixxandar fuq is-sit DailyMail u proprju t-tieni filmat hu mill-gżejjer Maltin. Mhux ħaġa sabiħa li spiċċajna ġo filmat internazzjonali li juri kemm-il maltemp taf ikun aħrax.

It-titlu ma’ dan il-filmat jgħid kollox, dal-maltempati huma tassew tal-biża’ u ngħiduha kif inhi... dawn l-aħħar xhur rajna temp li qatt ma konna mdorrijin narawh ġewwa pajjiżna. Maltempati, riħ qawwi, trombi u saħansitra silġ. Dawn kollha sinjali li tal-problemi tal-bdiel tal-klima. Ikun tajjeb li wieħed jagħraf dawn is-sinjali u jibda jaħdem forsi ma nkomplux neqirdu l-ambjent tagħna stess.

Instagram / David Mansfield 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI