Ilbieraħ seħħet edizzjoni oħra tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza, fejn ħarġet ir-rebbieħa, il-bravissima Martina Fenech.
Martina rebħet dan il-konkors bil-kanzunetta Ħajjitna, fuq kliem ta' Emil Calleja Bayliss, u mużika ta' Edward Abela. Ġabet total ta' 9 punti mit-televoting u l-ġurija tawha 52 punt.
Fit-tieni post klassifika l-kantant bravissimu Daniel Sammut, bil-kanzunetta Pajsaġġ Malti, kliema ta' Alexia Vella Schembri u mużika ta' Chan Vella, b'4 punti mill-pubbliku u 53 punt mill-ġurija. Daniel rebaħ il-punti tal-ġurija.
Fit-tielet post ġiet il-kanzunetta Ħarsa, kantata mill-bravissimu Jan Camilleri, bi kliem ta' Lon Chircop u mużika ta' Mark Spiteri Lucas. Jan ġab 43 punt mal-ġurija u 8 punti mill-pubbliku.
Ir-rebbieħa tat-televoting kienet Cherylis bil-kanzunetta Għala Jiena?, kliem ta' Joe Julian Farrugia u mużika ta' Philip Vella.
Prosit Martina, lir-rebbieħa kollha, u lill-parteċipanti kollha tal-prestazzjoni brillanti li taw!
Facebook/ Martina Fenech