F’Awwissu nesperjenzaw l-aktar temperaturi għoljin bi sħana tremenda. Kienu propju illum 27 sena ilu meta tkejlet l-ogħla temperatura fil-Gżejjer Maltin meta ntlaħqet l-44°C.
Il-paġna tal-Facebook It-Temp Madwarna tkellmet dwar dan. “L-ogħla temperatura fil-gżejjer Maltin tkejlet 27 sena ilu, fid-9 t’Awwissu tal-1999. Dakinhar għall-ħabta tal-5.00p.m. it-temperatura misset l-44°C,” huma kitbu.
“Il-bajjiet kienu ppakkjati bin-nies minħabba sħana insopportabbli, fi żmien fejn l-arja kkundizzjonata kienet għadha fil-bidu u ħafna djar ma kellhomx! Kienu wkoll mietu xi anzjani u nies vulnerabbli minħabba din is-sħana rekord.”
Tiftakarha?
Facebook / It-Temp Madwarna