Bħalissa hawn rabja kbira dwar l-approvazzjoni tal-ERA biex fuq Kemmuna jitqaċċtu 800 siġar biex minflok ikun hemm lukandi u vilel. Il-Moviment Graffitti tkellem dwar dan u l-azzjoni li ser tittieħed.
“Kienu ħafna li kkuntattjawna, ġustament irrabjati għall-ERA ħabba t-tradiment tagħha lejn l-ambjent tagħna, u jsejħu għal azzjonijiet kontra dan l-iskandlu,” huma kitbu.
“L-approvazzjoni tat-tqaċċit ta' 800 siġra u xogħol ta' kostruzzjoni intensiv sabiex Hili Group ikunu jistgħu jibnu 44 pixxina, 16-il villa u lukanda ta' 140 kamra - waqt li l-permess tal-PA għadu qed jiġi kkontestat fil-qrati - hija mġiba tal-mistħija u jistħoqqilha r-rabja kollha tal-poplu. Aħna ser inkunu qed nippjanaw azzjonijiet biex insalvaw lil Kemmuna. Dawn se jsiru meta jkun waqthom, fil-mument li jistgħu jħallu l-ikbar impatt.”
“Il-ġlieda tkompli,” huma kitbu hekk kif daqt joħorġu bi pjan ta’ azzjoni.
Facebook / Moviment Graffitti