Mickey Mouse Riesaq Għal Mitt Sena! Fadallu Ftit… Imma Dalwaqt!

Is-soltu nistmerruhom lill-ġrieden. Hemm hemm ġurdien partikolari li kważi jħobbu kulħadd u ilna mdorrijin narawh jiġri quddiemna għal 90 sena. Dan hu Mickey, il-ġurdien li ħareġ mill-pinna ta’ Walt Disney fit-18 ta’ Novembru 1928 meta deher għall-ewwel darba fil-cartoon Steamboat Willie.

View this post on Instagram

A post shared by Mickey Mouse (@mickeymouse) on Jan 6, 2019 at 10:42am PST

Minn dak iż-żmien lil hawn għamel passi kbar ’il quddiem avolja riġlejh huma żgħar. Fil-fatt tmur fejn tmur fid-dinja ftit hemm li ma jafux bih. Mhux hekk biss, imma jingħad li aktar jafu b’dan il-ġurdien milli bil-Father Christmas! Hwn taħt għandkom tagħrif dwar Mickey Mouse li forsi ma kontux tafu bihom.

Mickey Mouse kien ispirat minn ġurdien li Walt Disney kellu meta kien tifel. Għall-bidu kien hemm il-ħsieb li ma jkunx jismu Mickey imma Mortimer. Tistgħu timmaġinaw lil Mickey Mouse bħala Mortimer Mouse!? Mill-ħolqien tal-Mickey Mouse s’issa kull President Amerikan ippoża miegħu ħlief għal Lyndon Johnson. (U s’issa lanqas ma jidher li Donald Trump għamel hekk).

View this post on Instagram

A post shared by Mickey Mouse (@mickeymouse) on Mar 5, 2019 at 10:03am PST

Meta l-poplu Amerikan imur jivvota f’elezzjoni u l-votant ikun irid iħassar il-vot, l-aktar isem li jinkiteb flok dak ta’ kandidat ikun Mickey Mouse. L-ewwel karattru tal-cartoon li tkellem fuq l-iskrin kien Mickey Mouse u l-ewwel kliem tiegħu kienu “hot dogs!”

Mickey dejjem narawh liebes b’ingwanti bojod għax skont Walt Disney kienu ma pinġiehx hemm subgħajh ma kinux jidhru. Għamillu erbat’ iswaba’ għax ħass li kieku għamillu ħamsa kien qisu jkollu għanqud banana f’tarf ta’ jdejh.

View this post on Instagram

A post shared by Mickey Mouse (@mickeymouse) on Apr 18, 2019 at 7:00am PDT

Walt Disney qal li Mickeyu Minnie huma miżżewġin imma jżommu privat dan il-fatt u ma jgħixux fl-istess dar. L-ewwel żewġ films ta’ Mickey Mouse swew $2,500 biex saru. Fis-snin 70 Mickey ħareġ disco album li sar double platinum.

Walt Disney kellu l-jedd assolut fuq is-sistema tal-kulur tal-films magħrufa bħala Technicolor. Dan kien ifisser li Disney kien l-uniku kreatur tal-cartoons li sea’ jagħmel il-cartoons bil-kulur. Għal ħafna snin il-vuċi ta’ Mickey Mouse kien jagħmilha Walt Disney nnifsu.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI