"Min Imur L-Isptar Diġà Jkollu Dwejjaq Fuqu Għax Qiegħed Hemm" – Jirsisti Biex Jara Li Jsib Parking Għal Kulħadd Malajr F'Mater Dei

John Busuttil għadu kemm wera apprezzament kbir lejn raġel li jaħdem bħala parker f’Mater Dei, Spiridione, u li kuljum jirsisti biex isib parking għal kull min jiġi l-isptar.

John jappella biex ma nikritikawx biss lill-ħaddiem Malti iżda nifhmu wkoll minn xiex jgħaddu biex jaqdu lil dak li jkun, kultant anke jekk jagħmlu aktar minn dak mistenni.

“Iva sa ma kont qed nistenna lill-ibni u marti fil-karrozza nara lil dan il-parker bix-xugaman jimsaħ l-għaraq u jiġri min-naħa għall-oħra biex isib parkings lil min ikollu bżonn fejn anke jieħu ħsieb li dawk li ma jsibux joqogħdu fejn ma jtellfux nies oħra u jistennew fil-karrozza sa ma joħroġ xi ħadd.”

John tkellem miegħu, hekk kif baqa’ skantat għal kemm jirsisti u jagħmel kull sforz biex jgħin lil tant pazjenti u familjari li jkollhom magħhom billi jagħmlilhom ħajjithom iżjed faċli fl-isptar.

“Qalli li hu jieħu gost jaqdi lil kulħadd u joħroġ barra minn triqtu għax min imur l-isptar diġa jkollu dwejjaq fuqu għax qiegħed hemm. Għidtlu ħaqqek midalja tal-qadi ta’ dmirijietek.”

Prosit Spiridione! Nammirawk immens!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI