Ilbieraħ tħabbar fuq is-sit uffiċjali ta’ The Voice Kids Malta li ser ikun qed jirritorna t-tieni staġun. Min jirbaħ f’dan l-istaġun ser ikun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest.
Matul dawn l-aħħar snin Malta kienet qed tagħżel min jirrappreżentaha fil-Junior Eurovision permezz ta’ selezzjoni nazzjonali, fejn jikkompetu numru ta’ kanzunetti oriġinali.
Kien hemm xi snin fejn intgħażlu l-kantanti li rrappreżentawna permezz ta’ cover versions u wara ġew mogħtija kanzunetta oriġinali. Dan il-format kien intuża anke għall-Eurovision Song Contest fl-2019 u fl-2020 fejn min rebaħ l-X Factor ingħata ċ-ċans li jirrappreżentana.
Idħol HAWN biex tara aktar.
Facebook/ Eurovision Song Malta