“Minkejja Kollox, Xorta Bqajt Tistinka U Taħdem Għall-Għaqda Tagħna … Sakemm Nerġgħu Niltaqgħu” – Banda Żejtun Għaqda Santa Katarina V.M. AD 1933

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Banda Żejtun Għaqda Santa Katarina V.M. AD 1933 sellmu l-memorja ta’ Marisa li ħallietna riċentament.

Huma qalu, “Minkejja kollox, xorta bqajt tistinka u taħdem għall-Għaqda tagħna li tant kienet għal qalbek. Għalina kont xempju ta’ karattru sod u b’saħħtu, iżda fl-istess ħin ferriħija u ta’ kuraġġ mal-proxxmu. Mill-attivitajiet tat-tfal sal-funzjonijiet reliġjużi u s-servizzi tal-banda, minn dejjem kont preżenti u ddedikajt ħinek sabiex tagħti l-kontribut siewi tiegħek mhux biss lejn il-Banda Żejtun iżda lejn il-kommunità Żejtunija kollha.”

Żiedu jgħidu, “Ħdimt minn wara l-kwinti u l-unika ħsieb f’moħħok kien dejjem li nġibu unur lill-banda tagħna sabiex dejjem inkomplu mexjin ‘il quddiem. F’isem il-Kumitat Ċentrali u l-kummissjonijiet kollha fi ħdan il-Banda Żejtun Għaqda Santa Katarina V.M., ningħaqdu lkoll bħala familja, kif dejjem sejjaħtilna inti, biex nuru l-apprezzament lejk tal-ħin u s-sagrifiċċji li għamilt, kemm inti kif ukoll familtek, għall-Għaqda tagħna. Grazzi ta’ kollox Marisa – żomm ħarstek fuqna flimkien mal-Mulej u ma’ Santa Katarina V.M. protettriċi tagħna. Sakemm nerġgħu niltaqgħu.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI