"Minkejja Li Kont Naf Għal Xiex Dieħel, Inaċċettabbli Li Kien Hemm Eluf Ta' Nies Jinsultawni" – Kyle Ta' Big Brother

L-eks resident Kyle jisħaq li minkejja li kien jaf għal xiex dieħel meta għażel li jipparteċipa f'Big Brother, madankollu xorta waħda huwa inaċċettabbli li nkitbu "eluf ta' kummenti" jinsultawh.

"M'inix nesaġera meta ngħid li kien hemm eluf ta' nies jinsultawni u jirreferu għalija b'ma nafx kemm-il aġġettiv," saħaq Kyle f'intervista ma' Johann Agius.

Kyle kien il-ħames resident li telaq mid-dar ta' Big Brother u l-eliminazzjoni tiegħu kienet ġiet milqugħa b'reazzjonijiet diversi.

Matul din l-edizzjoni ta' Big Brother, bosta kienu dawk li tkellmu dwar l-importanza li wieħed iżomm lura milli jgħaddi ċerti kummenti, b'oħrajn kienu saħqu li l-parteċipanti kienu jafu eżattament għal xiex deħlin meta għażlu li jipparteċipaw f'Big Brother.

@johannagius “It is very overwhelming to experience thousands of people have an opinion about you” 👁️‍🗨️ I decided to spotlight this portion of the first episode of POP GERLIJS with special guest @Kyle on a day that is meant to be dedicated towards self-reflection 🙏 Seeing someone I knew like Kyle getting severe hate comments from all over Malta, which also went very unwarrantedly personal, just because he was blatantly honest and genuinely himself on a reality show saddened me 🥀 Whilst I continue to question the necessity of such productions, particularly in the context of such a small island nation, I hope that once in a while we can just stop and remind ourselves to be kinder to others around us 💖 #malta #bigbrother #hatecomments #hate #hatersgonnahate #maltese #podcast #newpodcast #maltatiktok #malta🇲🇹 #🇲🇹 ♬ original sound - Johann Agius

Intom x'taħsbu dwar dan?

Ritratti: Facebook / Big Brother Malta u TikTok / Johann Agius

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI