Il-paġna ta’ Facebook It-Temp Madwarna ħabbru li t-temp sajfi se jibqa’ jippersisti matul il-jiem li ġejjin.
Ħabbru hekk: “Antiċiklun (pressjoni għolja) dominanti jippersisti anke matul il-ġimgħa d-dieħla kollha b’temp stabbli, xemxi, ġeneralment kalm u sħun.”
It-temp se jkun “il-biċċa l-kbira xemxi,ċar, u seren jew ftit imsaħħab fil-jiem kollha tal-ġimgħa d-dieħla. Possibbli xi rqajja’ biċ-ċpar kmieni filgħodu u nida matul il-lejl.”
Ir-riħ se jkun “kalm (forza 1-2) jew ħafif (forza 2-3) u varjabbli (sa massimu ta’ forza 4). Id-direzzjonijiet prevalenti jkunu l-Majjistral, il-Punent Majjistru, jew il-Punent.”
It-temperaturi massimi se jkunu “f’medja ta’ madwar 28° sa 29°C” u t-temperaturi minimi “f’medja ta’ madwar 19° sa 20°C”. It-temperatura tal-baħar imbagħad se tkun ta’ 25°C.