Minn Għada Terġa’ Tinżel It-Temperatura U B’Possibbiltà Ta’ Xita Fil-Jiem Li Ġejjin

Din il-ġimgħa kellna jiem pjuttost sħan meta jitqabblu mat-tieni nofs ta’ Settembru. Ilbieraħ it-temperatura kienet ta’ 29℃ u tinħass ‘l fuq minn 30℃. Iżda dan jidher li se jinbidel minn propju dan il-lejl. 

Il-paġna tal-Facebook Aġġornament tat-temp tkellmet dwar it-tbassir tat-temp fil-jiem li ġejjin. Dan il-lejl hemm ċans ta’ xi xita tul il-lejl u anke li jissaħħab matul il-jum t’għada. It-temperatura se tilħaq il-25℃ u l-inqas se tkun 20℃. Is-sitwazzjoni għal nhar il-Ħadd se tkun eżatt l-istess bid-differenza li l-ogħla temperatura se tkun ta’ 26℃.

Jidher li sa nhar l-Erbgħa, il-ġranet se jkunu b’temp imsaħħab b’xi possibilitajiet ta’ xita nhar it-Tnejn u Tlieta.

Ritratt:

Facebook / Aġġornament tat-temp

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI