"Minn Hawn Nsellem Lill-Karattru Tas-Sully" – Sonic-j Aquilina Fuq Sorelle

L-attur Sonic-J Aquilina, illum ħabbar li l-ġbid tas-serje Sorelle minn naħa tiegħu intemm! Biss Sorelle ser jibqa’ għaddej u baqa’ episodji sa’ Ġunju! B’hekk Sonic qal li jixtieq isellem lill-karattru tiegħu tas-Sully.

“Karattru li għalkemm kontroversjali ħadt gost ninterpretah immens! Karattru li fih ċertu verita mill-ħajja tal-lum. Karattru li jgħallimna ħafna u tani sfida kbira għax m’għandu xejn x’jaqsam miegħi” jgħid l-attur. Dan irringrazzja lit-tim ta’ Rewind Productions li huma l-imħuħ wara Sorelle u l-awturi Evelyn Saliba La Rosa u Michael Vella Haber.

Tgħid x’ser ikun il-proġett li jmiss ta’ dawn?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI