Moda Ġdida Fit-Toroq Maltin – Ejja Suq Ġuż!

It-traffiku sar xi ħaġa ta’ kuljum, speċjalment f’ċertu ħinijiet tal-ġurnata – speċifikament filgħodu kif kulħadd sejjer għall-iskola u x-xogħol, jew tard wara nofsinhar meta kulħadd ikunu sejjer id-dar. Imma ngħiduha kif inhi, flgħaxija rari tinserta ħafna traffiku... però tajjeb tieħu l-prekawzzjonijiet kollha biex jekk tkun mgħaġġel ma ddumx.

Il-mutur hu l-aktar mod effiċjenti biex tasal minn post għall-ieħor bla ma teħel fi skoss traffiku imma jekk tkun trid iġġorr xi ħaġa, din taf tkun problema. Insomma taħseb li tkun problema! Mhux kemm trikkeb lil xi ħadd miegħek, tixħet l-affarijiet fuq rasu u ssuq. Ir-ritratt li qed taraw hu evidenza ta’ dan kollu.

Iktar qisek qed tara lil xi ħadd ġo ċirklu. Ġieli rajtu xi ħaġa stramba fit-toroq Maltin? Jew forsi ħadtu xi filmat jew ritratt? Ibgħatulna ħa naraw ma’ dak kollu li qed tiltaqgħu miegħu!

Facebook / Zeeshan Khan minn Expats Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI