Mumenti – Spettaklu Ta’ Talent U Solidarjetà B’Risq Hospice Malta

Mumenti hija produzzjoni li tlaqqa’ bosta dixxiplini flimkien ġo spettaklu uniku, bil-profitti jmorru kollha b’risq Hospice Malta. L-għan ewlieni ta’ dan l-avveniment huwa l-aspett ta’ karità u l-ħidma volontarja, li miegħu jġib ukoll sens kbir ta’ komunità qalb dawk kollha li jieħdu sehem.

 

Mumenti jikkonsisti minn tim ta’ madwar 200 persuna kollha abbażi ta’ ħidma volontarja, bil-maġġor parti tagħhom żgħażagħ. Din il-produzzjoni hija rifless ta’ ammont ta’ nies li huma lesti joffru l-ħin u t-talent tagħhom għall-ġid u l-bżonn ta’ ħaddieħor.

Il-ħidma wara l-kwinti bdiet diversi xhur ilu u daqt se nkunu nistgħu ngawdu l-frott ta’ bosta dipartimenti waqt żewġ serati ta’ stili u ġeneri varji mid-dinja tal-mużika, musicals, u żfin.

 

Minbarra li Mumenti jservi bħala pjattaforma għat-talent ta’ bosta indiviwi li huma parti mid-dipartimenti li dejjem jikbru sena wara l-oħra, il-produzzjoni tiżgura li l-volontiera jirċievu lura esperjenza li twassalhom sabiex iroddu lura enerġija ġdida fil-komunità.

Il-kantanti stabbiliti, l-orkestra live, il-kor imdaqqas, it-tim tal-musicals, il-live band, u ż-żeffiena, ser jaqsmu l-palk imlibbes mill-crew sabiex iwasslu esperjenza indimentikabbli lil dawk kollha preżenti fit-teatru tal-Kulleġġ San Alwiġi.

Il-produzzjoni ser tittella’ l-Ġimgħa 17, u s-Sibt 18 ta‘ Ottubru, bil-biljetti li jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit ticketboot.com. Għal aktar informazzjoni, filmati u ritratti, wieħed jista’ jżur is-siti soċjali ta’ Mumenti, jew is-sit uffiċjali www.mumenti.org.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI