Jomike, li flimkien ma' ibnu Lydon rebaħ l-ewwel edizzjoni ta' Malta's Got Talent, illum jiċċelebra għeluq sninu. Għall-okkażjoni Lydon kiteb erba' kelmiet mill-isbaħ biex jesprimi kemm hu grat lejn kulma jagħmel għalih missieru, u kemm japprezza.
"Happy birthday lill-aqwa missier fid-dinja. Napprezzak kuljum u naf kemm tagħmel għalija, lanqas tilħaq tismagħni li għandi bżonn xi ħaġa jew nixtieq xi ħaġa, inkella tkun taf li għandi xi ħolma, għax tgħini nagħmilha realtà. Mhux biss inti missieri, tikkoreġini fejn ikun hemm bżonn, imma inti l-ikbar ħabib."
Qasam diversi ritratti tagħhom flimkien, li żgur huma tant memorabbli. Awguri mill-qalb lil Jomike!