Nathalie B’Rigal Gustuż Għal Kull Parteċipant

Mela issa nafu li r-rebbieħa ta’ Liquorish 2019 huma l-aħwa l-Boċċ u l-Booster! Però lbieraħ, waħda mill-parteċipanti, Nathalie, tellgħet post fuq il-midja soċjali b’wiċċ il-parteċipanti kollha mpinġi!

Nathalie hija pittriċi brava ħafna u b’hekk iddeċidiet li tpinġi wiċċ kull parteċipant ta’ Liquorish, inkluż dawk il-pareċipanti li ġew eliminati. Mhux hekk biss għax Nathalie fittxet li tagħraf kwalitajiet pożittivi f’kull parteċipant u xi frażijiet tipiċi tagħhom tul l-avventura u niżżlithom ħdejn wiċċhom.

Fil-post Nathalie tgħid li għaliha kulħadd kien rebbieħ, għalhekk xtaqet tagħti rigal żgħir lill-parteċipanti kollha. Kitbet li l-għan kien li ma jaqtgħux qalbhom u joħorġu l-Jien tagħhom f’diversi aspetti differenti. Fl-aħħar mill-aħħar riedu jsibu “t-tifsira tal-ħajja mdella mill-ġranet mgħaġġla u materjali mfassla mir-rutina.”

Nathalie tgħid li t-tifsira veru tal-ħajja “hija sempliċiment li żżomm ħaj.” Minkejja li l-bniedem iħobb jagħżel il-kumdità, hija fl-iskumdità fejn joħroġ veru l-karattru ġewwieni tiegħu. Għal Nathalie din kienet l-iskoperta li għaqqdithom flimkien u rebbħithom.

Nathalie kitbet ukoll li bħalissa qed taħdem fuq espebizzjoni tal-arti bit-tema tat-Tanzanija, fejn il-flus kollha li se tiġbor se jmorru għall-karità. Hi tikxef ukoll li għalkemm l-avventura ta’ Liquorish ntemmet, tistqarr li “l-avventura ma tiqafx hawn!” Filwaqt li t-tim ta’ Gwida.mt jawgura lil Boċċ u l-Booster, jixtieq jawgura lil kull parteċipant għax veru kienu tim magħqud li daħlu għal l-avventura bi ħġarhom!

Instagram / nats_micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI