“Ngħaddu Messaġġ Lil Kull Student Biex Temmnu Fikom Infuskom.” – Dr. Lydia Abela Turi Appoġġ Għall-Istudenti Li Waslulhom L-Eżamijiet

Lydia Abela

Hekk kif l-istudenti bdew jew se jibdew l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena, Dr. Lydia Abela kitbet messaġġ biex turi l-appoġġ tagħha lejhom u tħeġġeġ lil kull wieħed u waħda minnhom biex jibqgħu jemmnu.

Dr. Lydia bħala ġenituri tifhem eżatt is-sentimenti f’dan il-perjodu, hekk kif bintha Giorgia Mae ukoll waslulha l-eżamijiet.

“Illum ħafna mill-istudenti tagħna qamu b’taħlita ta’ eċitament, emozzjoni u stennija hekk kif se jpoġġu quddiem l-ewwel karta tal-eżami. U nemmen li ħafna ġenituri qamu bl-istess emozzjonijiet. Jiena waħda minnhom, hekk kif Giorgia Mae wkoll se tibda dan il-perjodu importanti.”

Lydia tkompli, “Ngħaddu messaġġ lil kull student biex temmnu fikom infuskom. Agħtu l-aħjar li tistgħu, ibqgħu kalmi u ffukati, u ħallu x-xogħol tagħkom jitkellem għalikom. Ir-riżultati dejjem jaslu.”

Tagħlaq billi tawgura lil kull student f’dawn iż-żminijiet.







Ritratti:

Facebook/ Lydia Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI