“Niċċelebraw Ħajtek” – HOOLI Jsellem Il-Memorja Ta’ Missieru F’Jum Twelidu

HOOLI u missieru

Illum 7 t'Ottubru jaħbat jum twelid missier HOOLi. Jinħass in-nuqqas tiegħu kuljum, iżda bla dubju li bħal-lum ix-xewqa tkun ikbar li kieku jistgħu jarawh jew jiċċelebraw miegħu.

HOOLI, li nafuh ukoll bħala Johnston Farrugia, qasam ritratt flimkien ma' missieru, u kiteb, "Niċċelebraw ħajtek." Ħafna kienu li kkummentaw u sellmu l-memorja tiegħu f'dan il-jum.

Missier HOOLI, kien ħalla din id-dinja f'Novembru ta' sentejn ilu. Insellmu l-memorja tiegħu b'mod speċjali f'dan il-jum.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI