Il-Ministru Alison Zerafa Civelli ħabbret li permezz tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi se jsir xogħol biex titjieb l-infrastruttura tal-bitħa ta’ Dar San Ġużepp f’Ħaż-Żabbar. Dan ħabbritu wara żjara li għamlet fid-dar, fejn iltaqgħet mas-sorijiet u kellha l-opportunità tisma’ aktar dwar il-ħidma tagħhom, kif ukoll dwar il-bżonnijiet tagħhom u tat-tfal li jieħdu ħsieb.
“Nikkonferma li permezz tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi se nkunu qed intejbu l-infrastruttura tal-bitħa ta’ din id-dar, sabiex dawn it-tfal ikollhom ambjent aktar sigur u xieraq fejn jikbru u jilagħbu,” kitbet il-Ministru. Dar San Ġużepp f’Ħaż-Żabbar għandha storja twila marbuta mal-ħarsien tat-tfal, u t-tmexxija tagħha ilha fdata f’idejn is-Sorijiet Dumnikani.
Zerafa Civelli temmet il-messaġġ tagħha billi rringrazzjat lis-sorijiet għall-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom ta’ kuljum lejn it-tfal li jieħdu ħsieb.
Facebook / Alison Zerafa Portelli