Waqt ir-reality xow ta’ Popolin, ix-Chef Raymond Fauzza esprima d-dispjaċir tiegħu li s-settur tal-catering f’pajjiżna qed jiġi ddominat mill-barranin. Saħaq li llum il-ġurnata ftit għadek issib Maltin li huma lesti jaħdmu f’dan is-settur.
Dak il-ħin fid-dibattitu intervjena wkoll il-personalità lokali Salvu Mallia li filwaqt li qabel mat-tħassib li esprima x-Chef, semma kif is-settur tas-saħħa wkoll huwa ddominat mill-barranin u esprima d-diżappunt tiegħu għal dan.
B’reazzjoni għat-tħassib li esprima x-Chef, qam dibattitu sħiħ fuq il-midja soċjali.
Intom x’taħsbu dwar dan?
Facebook / Popolin