"Nixtieq Nawgura F'Għeluq Sninu Lil Ibni Ż-Żgħir, Owen Leuellen. Kburija Bir-Raġel Li Sirt Qalbi." – Rita Leuellen

Illum jagħlaq sninu Owen Leuellen, l-artist Malti li seraq il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin fl-ewwel staġun ta’ X Factor Malta, fejn spiċċa fit-tieni post, u kompla jikseb suċċessi bil-mużika tiegħu matul is-snin.

Owen kien anke l-awtur u kompożitur ta’ kanzunetti ta’ artisti oħra, ħadem ma’ bosta kantanti ta’ livell bħal Destiny u Michela, kif ukoll kien ġurija waqt The Voice Kids. F’dan il-jum speċjali ommu Rita Leuellen kienet fost dawk li awgurawlu.

“Nixtieq nawgura f’għeluq sninu lil ibni ż-żgħir, Owen Leuellen. Kburija bir-raġel li sirt, ħaddiem ħabrieki, ziju mill-aqwa, sieħeb twajjeb għal dajdu tiegħek, u b’imħabba lejn ħutek. Jalla jbierek dejjem il-Bambin u nawguralek saħħa, imħabba u hena, u li tgawdi din il-ġurnata sabiħa. Inħobbok qalb, 27, qed tixjieħli.”

Awguri mill-qalb Owen f’isem Gwida.mt!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI