Fuq il-paġna uffiċjali Aġenzija Sapport, ġew ippubblikati ritratti li juru Karnival inklussiv ġewwa l-Belt Valletta. Membri u staff ta’ Agenzija Sapport ingħaqdu flimkien biex igawdu l-Karnival u jiddevertu flimkien.
“Ejja u ċċelebra l-inklussività, il-kreattività, u d-dedikazzjoni inkredibbli tal-utenti tas-servizz tagħna u l-istaff għat-tema tal-Karnival ta’ din is-sena This is Me,” kitbet il-paġna. Inħoloq anke karru bl-istess titlu, This is Me.
Apparti minn hekk, Oliver Scicluna feraħ lil dawk kollha involuti dwar dan.
“Nixtieq ngħid prosit lil kull min ħadem fuq din l-inizjattiva, li tiġi t-tieni sena konsekuttiva biex din is-sena komplew jibnu fuq dak li sar is-sena li għaddiet. Ħaddiema flimkien mal-persuni li jattendu ċ-ċentri tagħna ħadmu flimkien għal dan is-suċċess. Prosit.”
Kemm hi xi ħaġa sabiħa li int min int, tingħata l-opportunità li tagħti sehmek f’avvenimenti pubbliċi u spettakolari bħal dawn!