Jidher li għal jum ieħor għandna nistennew numru għoljin tal-Covid-19. Fuq il-paġna tiegħu, Gerald Fenech qal li llum jidher li ħa jkollna ammont ta’ każijiet konsiderevoli u appella biex nibgħqu siguri.
It-tabib Frank Portelli qal li sat-8:00 ta’ dalgħodu kien hemm aktar minn 100 każ pożittiv għall-Covid-19. Aħna nistennew li fin-12:30 joħorġu n-numri uffiċjali u nittamaw li ma’ dawn il-każijiet ġodda, hemm numru sabiħ ta’ persuni li fiequ.
Mill-ġdid infakkru lil kulħadd sabiex jibqa’ jimxi mal-miżuri tas-saħħa, joqgħod attent u jevita l-folol. Il-ħasil tal-idejn spiss jibqa’ rakkomandat, filwaqt li l-ilbies tal-maskri għadu obbligatorju.