Bobbi li għandha 27 sena, iddeċidiet li għal żmien il-Halloween tbiddel lit-tifel tagħha Kamden bħala Zombie. Fil-photoshoot għamlitlu demm artifiċjali u moħħ. Iżda dak ma kienx demm normali imma syrup taċ-ċikulata u frawli, allura t-tifel tagħha kien fis-seba' sema.
Ritratt: Caters
Din il-koppja tħobb ħafna dan iż-żmien tant li kull sena jaraw x'ser jivvintaw ġdid. "Irċivejt ħafna messaġġi ta' mibgħeda, kien hemm min qalli biex ma nħallix it-tifel f'dak iz-zokkor kollu. Xi ħadd ieħor bgħatli li jmissom jirrapurtawni għas-sigurtà soċjali u li t-tifel għandhom jeħduh 'l bogħod minni!" tgħid Bobby.

Ritratt: Caters
Stqarret li għalkemm in-nies għandhom dritt jgħidu li jridu, din tal-photoshoot kienet ta' darba u għamlitha għax żmien il-Halloween. "It-tfal tiegħi nieħu ħsiebhom sew u nħobbhom b'qalbi kollha".