Minkejja li għandha 73 sena, Polly Micallef madankollu għadha tipparteċipa b'entużjażmu liema bħalu sena wara l-oħra fil-marċ tal-festa.
Ħafna li jafu lil Polly mill-qrib iddeskrivewha bħala persuna ta' karattru ferrieħi tant li "kulħadd iħobbha". Jidher ċar li tispikka fiha l-imħabba tagħha lejn il-festi Maltin.
F'ritratt li ħareġ fuq il-midja soċjali, Polly tidher qed tiċċelebra waqt il-marċi tas-Soċjetà Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught's Own ġewwa Birkirkara.
Prosit u awguri lil Polly!
Ritratt: Facebook / Malta, News, Photos & People u Duke of Connaught's Own Band Club, Birkirkara