“Żommu Lil Sophie Fi Ħsiebkom Hekk Kif Ser Nagħmlu Dan Il-Pass Li Jmiss Għall-Ġid Tas-Saħħa Tagħha” – Christa Cilia

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Christa Cilia żammet lis-segwaċi tagħha aġġornati b’dak li għaddej fil-ħajja ta’ Sophie.

Bdiet billi qalet, “Ilbieraħ, Sophie għamlet mill-ġdid it-testijiet tad-demm tagħha. Ir-riżultati ma kinux fost l-aħjar … il-livelli tagħha jindikaw li jista’ jkun hemm xi infezzjoni jew infjammazzjoni ġewwa fiha, u jidher ukoll li l-kliewi tagħha jistgħu jkunu taħt ftit pressjoni. Il-pass li jmiss hu li nagħmlu ultrasound sabiex nifhmu aħjar x’inhu jiġri eżattament. Għalissa, Sophie tinsab f’ambjent sigur, imdawra bl-imħabba u qed tingħata l-kura meħtieġa.”

Temmet tgħid, “Nitolbukom tiftakru fiha f’talbkom hekk kif nagħmlu dan il-pass li jmiss għall-ġid tas-saħħa tagħha. Hija ġellieda ċkejkna u jistħoqqilha biss l-aħjar.”

Nittamaw li kollox imur sew!

Facebook/Christa Cilia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI