L-eliminazzjoni ta’ Owen Leuellen mill-programm X Factor Malta: Back To Win ħalliet lill-udjenza Maltija bla kliem u qanqlet mewġa ta’ reazzjonijiet fuq il-midja soċjali. Meqjus minn ħafna bħala wieħed mill-aktar kontestanti b’saħħithom ta’ dan l-istaġun, l-eliminazzjoni tiegħu mill-kompetizzjoni ġie deskritt bħala wieħed mill-akbar xokkijiet li rajna s’issa.
Owen daħal f’din l-edizzjoni b’aspettattivi kbar. Wara l-esperjenza tiegħu fil-passat, kien ċar li kien qed jirritorna aktar matur, aktar iffukat u b’identità artistika definita. Tul il-live shows, huwa ppreżenta wirjiet konsistenti, enerġetiċi u mimlijin personalità, li mhux biss impressjonaw lill-ġurija iżda wkoll ġabulu bażi soda ta’ partitarji.
Madankollu, din l-edizzjoni hija kompetizzjoni fejn kull dettall jgħodd. Minkejja l-prestazzjonijiet b’saħħithom tiegħu, il-vot pubbliku dejjem jibqa’ fattur deċiżiv u xi drabi imprevedibbli. L-eliminazzjoni tiegħu wriet kemm dan l-istaġun huwa wieħed kompetittiv u mimli talent, fejn anke favorit jista’ jispiċċa barra f’mument wieħed.
Il-mument meta tħabbar ir-riżultat kien wieħed emozzjonanti. Owen deher maħsud iżda grat għall-opportunità u rringrazzja lil dawk kollha li appoġġjawh tul il-vjaġġ tiegħu. L-attitudni tiegħu, mimlija umiltà u rispett, kompliet issaħħaħ l-imħabba li ħafna għandhom lejh bħala artist u bħala persuna.
Fuq il-midja soċjali, ħafna esprimew id-diżappunt tagħhom, b’uħud isejħu din l-eliminazzjoni bħala “l-akbar xokk tal-istaġun”. Bla dubju, Owen Leuellen ħalla marka qawwija fuq dan l-istaġun. Għalkemm il-vjaġġ tiegħu fil-programm wasal fi tmiemu, jidher ċar li l-vjaġġ artistiku tiegħu se jkompli b’saħħtu.
Facebook / X Factor Malta