Parteċipanta Minn Malta's Got Talent Tirċievi Proponiet Għaż-Żwieġ!

Ilbieraħ waqt il-wirja ta’ Christian Brincat rajna liż-żeffien ta’ Alison White studios li animaw il-wirja tiegħu b’mod tassew eleganti! Waħda miż-żeffien fuq il-palk kienet Romina li jidher barra li ħadu l-iva tal-ġurija waqt il-wirja tal-bieraħ, hi spiċċat tgħid iva lill-għarus tagħha Damian Psaila.





Damian huwa pirotekniku ma’ St Andrew’s Fireworks Factory ġewwa Ħal Luqa u ddeċieda li jipproponielha proprju lbieraħ minħabba li kienet il-ġurnata tal-festa tal-padrun tagħha San Martina fil-Baħrija. Hu jidher li għażel ix-xena pittoreska tal-forti bħala l-post fejn l-għarus tagħha ipproponielha.



Kienet ġurnata mimlija avventuri u avveniment għal Romina. Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, ningħaqdu ma’ sħabha, kollegi u familjari biex nawguraw lill-koppja żmien sabiħ flimkien.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI